Flowserve CESM-3A Instrukcja Obsługi
Strona 25
CESM 3A MULTI-LINGUAL 11-09
Page 25 of 28
flowserve.com
Tarki huma fornuti mwaħħla mas-sett tal-pompa.
F’pajjiżi membri tal-UE u tal-EFTA, huwa rekwiżit li
fastners għal tarki għandhom jibqgħu miżmumin fit-tarka
biex jikkonformaw mad-Direttiva dwar il-Magni
2006/42/KE. Meta tarki bħal dawn jiġu rilaxxati, il-
fastners għandhom jiġu maħlula bil-mod xieraq biex jiġi
żgurat li jibqgħu miżmumin. Kull meta t-tarki jiġu
mneħħija jew disturbati iżgura li t-tarki protettivi kollha
jiġu ffittjati lura f’posthom b’mod sikur qabel tixgħel.
FLUORO-ELASTOMERS (meta mgħammra.)
Meta pompa tkun esperjenzat temperaturi ta’ ‘l fuq minn
250 ºC (482 ºF), ikun hemm dikompożizzjoni parzjali ta’
fluoro-elastomers (pereżempju: Viton). F’din il-
kundizzjoni dawn huma perikolużi immens u l-kuntatt
mal-ġilda għandu jiġi evitat.
XOKK TERMALI
Bidliet ta’ malajr fit-temperatura tal-likwidu ta’ ġewwa
l-pompa jista’ jikkaġuna xokk termali, li jista’ jirriżulta fi
ħsara jew ksur ta’ komponenti u għandhom jiġu evitati.
MANIPULAZZJONI TA’ KOMPONENTI
Ħafna partijiet ta’ preċiżjoni għandhom irkejjen niffieda u
huwa meħtieġ li jintlibsu ingwanti u tagħmir tas-sigurtà
adattati meta dawn il-komponenti jiġu manipulati.
Sabiex jintrefgħu komponenti ta’ aktar minn 25 kg (55 lb)
uża krejn adattat għal massa u b’konformità mar-
regolamenti attwali lokali.
PARTIJIET SĦAN (u kesħin)
Jekk komponenti sħan jew inġazzati jew fornimenti ta’
sħana awżiljarji jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħaddiema u
persuni li jidħlu fiż-żona immedjata, għandha tittieħed
azzjoni sabiex jiġi evitat li jkun hemm kuntatt aċċidentali.
Jekk protezzjoni kompluta mhix possibbli, l-aċċess għal
magna għandu jkun ristrett għal personel tal-
manutenzjoni biss, bi twissijiet viżwali u indikaturi ċari
għal dawk li qed jidħlu fiż-żona immedjata. Nota: Il-kisi
tal-berings m’għandux jiġi iżolat u d-drive motors u
l-berings jistgħu jkunu sħan.
Jekk it-temperatura tkun ogħla minn 80 °C (175 °F)
jew inqas minn -5 °C (20 °F) f’żona ristretta, jew
taqbeż ir-regolamenti lokali, għandha tittieħed
azzjoni bħal t’hawn.
RELIEF VALVES IMQABBDIN LURA GHALL-
LINJA TAS-SUCTION (MHUX APPLIKABBLI GHALL-
POMPI CENTRIFUGAL)
Pompi Displacement pozittivi jaghmlu pressjoni
konsiderevoli jekk il-linja tad-discharge hija mizduda.
LIKWIDI PERIKOLUŻI
Meta l-pompa tkun qed taħdem b’likwidi perikolużi
attenzjoni għandha tingħata sabiex tiġi evitata
l-espożizzjoni għal-likwidu billi l-pompa titqiegħed f’post
adattat, jiġi ristrett l-aċċess lil personal u b’taħriġ lil
ħaddiema. Jekk il-likwidu hu infjammabbli u/jew splussiv,
proċeduri ta’ sigurtà stretta għandhom jiġu applikati.
Gland packing m’għandux jintuża meta jkunu qed
jiġu ppompjati likwidi perikolużi.
EVITA TAGĦBIJA ESTERNA
EĊĊESSIVA FUQ IL-PAJPIJIET
Tużax il-pompa bħala appoġġ għal pajpijiet. Timmontax
ġonot ta’ espansjoni, kemm-il darba ma tippermettilekx
Flowserve bil-miktub, biex il-forza tagħhom, minħabba
pressjoni interna, taġixxi fuq il-flanġ tal-pompa.
IŻGURA LUBRIKAZZJONI KORRETTA
(Ara l-istruzzjonijiet ta’ l-Utent dwar il-pompa,
Ikkummissjonar, meta tixgħel, tħaddim u meta titfi.)
QATT M’GĦANDEK TĦADDEM
IL-POMPA META DIN TKUN NIEXFA
IVVERIFIKA D-DIREZZJONI
TAD-TIDWIR TAL-MUTUR BL-ELEMENT TA’
AKKOPPJAR/ PINIJIET IMNEĦĦIJA
Jekk tisstartja b’tidwir fid-direzzjoni opposta tagħmel
ħsara ‘l-pompa.
DEJJEM STARTJA L-POMPA
BL-OUTLET VALVE FTIT MIFTUĦ
(Sakemm ma jingħatawx struzzjonijiet mod ieħor f’punt
speċifiku fl-Istruzzjonijiet ta’ l-Utent dwar il-pompa.)
Dan hu rakkomandat biex jitnaqqas kemm jista’ jkun
ir-riskju ta’ tagħbija żejda u li jagħmel ħsara lil pompa
tal-mutur f’influss sħiħ jew xejn. Il-pompi jistgħu jiġi
startjati bil-valv miftuħ aktar biss fuq installazzjonijiet fejn
din is-sitwazzjoni ma tistax isseħħ. Il-valv li jikkontrolla
l-iżbokk tal-pompa għandu mnejn ikun irid jiġi aġġustat
biex jikkonforma max-xogħol wara l-proċess ta’
l-istartjar. (Ara l-Istruzzjonijiet ta’ l-Utent dwar il-pompa,
Ikkumissjonar ta’ l-start-up, tħaddim u tifi.)
VALVI TAD-DĦUL GĦANDHOM
IKUNU MIFTUĦIN BERAĦ META L-POMPA TKUN
GĦADDEJJA
Meta tħaddem il-pompa kontinwament b’influss ta’ żero
jew inqas mill-influss minimu rakkomandat iwassal għal
ħsara lis-siġill.
TĦADDIMX IL-POMPA F’RATI TA’
INFLUSS ABNORMALI GĦOLJIN JEW BAXXI
It-tħaddim b’rata ta’ influss ogħla min-normal jew b’rata ta’
influss mingħajr back pressure fuq il-pompa jista’ jikkaġuna
tagħbija żejda fuq il-mutur u jikkawża kavitazzjoni. Rati ta’
influss baxxi jistgħu jnaqqsu ħajjet il-pompa/il-bering, sħana
żejda tal-pompa, instabbilità u kavitazzjoni/vibrazzjoni.
MEDED MANJETIĊI GĦOLJIN
Persuni li jaħdmu ma’ partijiet manjetiċi permanenti
għandhom ikunu konxji li hemm periklu potenzjali
minn meded manjetiċi eż. influwenza fuq
pacemakers tal-qalb, karti tal-kreditu, tejps/diski tal-
kompjuter u arloġġi.