1 ġenerali, 1 ċaħda tad-dritt, 2 kwalifikazzjoni tal-personel u taħriġ – Flowserve CESM-3A Instrukcja Obsługi

Strona 23: 2 il-livell tal-ħoss

Advertising
background image

CESM 3A MULTI-LINGUAL 11-09

Page 23 of 28

flowserve.com

Malti

1 ĠENERALI

Dawn l-istruzzjonijiet dejjem għandhom

jinżammu flimkien mal-Istruzzjonijiet tal-Utent dwar
il-prodott u qrib il-post fejn ikun qed jitħaddem
il-prodott jew direttament ma’ ġenb il-prodott.


Dawn l-istruzzjonijiet huma maħsuba biex jintużaw
flimkien mal-Istruzzjonijiet tal-Utent dwar il-prodott sabiex
jgħinu jidentifikaw u jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà
fid-Direttiva dwar l-Inġenji CE. L-istruzzjonijiet
għandhom mnejn ma kkonsidrawx ir-regolamenti lokali;
iżgura li regolamenti bħal dawn jiġu osservati minn
kulħadd, inkluż dawk li jinstallaw il-prodott. Dejjem
għandek tikkoordina l-attivitajiet ta’ attenzjoni mal-
personel li jaħdmu fuqu, u segwi r-rekwiżiti kollha tal-
impjant dwar is-sigurtà u l-liġijiet dwar is-saħħa/ir-
regolamenti applikabbli dwar is-sigurta u s-saħħa.

Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jinqraw

qabel l-installazzjoni, it-tħaddim, l-użu u
l-manteniment tat-tagħmir fi kwalunkwe reġjun dinji
u flimkien mal-istruzzjonijiet ewlenin tal-utent
ipprovduti. It-tagħmir m’għandux jitqiegħed għas-
servizz sakemm il-kundizzjonijiet kollha relatati mal-
istruzzjonijiet dwar is-sigurtà jkunu ġew sodisfatti.
Fin-nuqqas li jiġu segwiti u applikati l-istruzzjonijiet
tal-utent attwali dan jiġu kkonsidrat bħala użu ħażin.
Ferriment personali, ħsara għall-prodott, dewmien
jew nuqqas ikkawżat minn użu ħażin mhux kopert
bil-garanzija ta’ Flowserve.

Għal pompi maħsuba biex jintużaw għal tħaddim
f’żoni perikolużi jekk jogħġbok irreferi għal manwal
tas-sigurta ta’ CE ATEX.

1.1 Ċaħda tad-dritt


It-tagħrif f’dawn l-Istruzzjonijiet tal-Utent huma
maħsuba li huma affidabbli. Minkejja kull sforz ta’
Flowserve Corporation biex tipprovdi tagħrif
kredibbli u t-tagħrif kollu meħtieġ il-kontenut
tal-manwal jista’ ma jidhirx biżżejjed u mhux
iggarantit minn Flowserve rigward il-kompletezza u
l-preċiżjoni tiegħu.

1.2 Kwalifikazzjoni tal-personel u taħriġ

Il-personel kollu involut fit-tħaddim installazzjoni,
spezzjoni u manteniment tat-tagħmir irid ikun ikkwalifikat
biex iwettaq ix-xogħol involut.

Jekk il-personel involut m’għandux it-tagħrif u l-ħila
meħtieġa, taħriġ u tagħlim xieraq għandu jiġi pprovdut.
Jekk meħtieġ l-operatur għandu jikkomissjona l-
manifattur/fornitur biex jipprovdi t-taħriġ applikabbli.

2 IL-LIVELL TAL-ĦOSS

Għandha tingħata attenzjoni għall-espożizzjoni ta’
personel għal ħsejjes, u l-leġiżlazzjoni lokali għandha
tiddefenixxi meta l-gwida għal personel dwar
il-limitazzjoni ta’ ħsejjes hi meħtieġa, u meta tnaqqis fl-
espożizzjoni għal ħsejjes hi obbligatorja. Din hi
ġeneralment bejn 80 sa 85 dBA.

Il-mod kif iseħħ dan hu billi jiġi kkontrollat l-ammont ta’
ħin ta’ espożizzjoni mal-ħin jew li tagħlaq il-magna biex
jitnaqqas l-istorbju li jista’ joħroġ. Inti għandek mnejn
diġà sspeċifikajt limitu għal-livell ta’ ħoss meta t-tagħmir
ġie ordnat, madanakollu jekk ma ingħatawx rekwiżiti
għall-ħoss, allura għandha tingħata attenzjoni għat-
tabella li ġejja sabiex ikollok indikazzjoni għal-livell ta’
ħsejjes tat-tagħmir sabiex tkun tista’ tieħu dik l-azzjoni
meħtieġa fl-impjant tiegħek.

Il-livell ta’ ħsejjes tal-pompa huwa dipendenti fuq għadd
ta’ fatturi ta’ ħidma, ir-rata ta’ influss, ix-xogħol fuq il-
pajpijiet u l-karatteristiċi akustiċi tal-bini, u allura l-valuri
mogħtija huma suġġetti għal tolleranza ta’ 3 dBA u ma
jistax jiġi garantit.

Hekk ukoll il-ħsejjes tal-mutur preżunti fil-ħsejjes tal-“pompa
u mutur” huma dawk li wieħed jistenna f’muturi ta’
effiċjenza standard u għolja meta jkunu direttament
ikkargati biex iħaddmu l-pompa. Innota li mutur immexxi
minn inverter jista’ juri żieda fil-ħsejjes f’xi veloċitajiet.

Jekk inxtrat biss il-pompa biex titqiegħed mad-driver
tiegħek stess, allura l-ħsejjes li tagħmel il-“pompa biss”
għandhom jiġu magħduda mal-livell tad-driver li jinkiseb
mill-fornatur. Ikkonsulta ma’ Flowserve jew speċjalista tal-
ħsejjes jekk teħtieġ assistenza biex tikkombina l-valuri.

Hu rakkomandat li fejn l-espożizzjoni tiġi qrib il-livelli
preskritti, għandu jittieħed kejl tal-livelli ta’ ħsejjes fuq il-
post.

Il-valuri huma għal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L

pA

f’distanza ta’ 1 m (3.3 ft) mill-magna, għal
“kundizzjonijiet ta’ kamp liberu fuq pjan riflettiv”.

Għal stima tal-qawwa tal-livell L

WA

(re 1 pW) imbagħad

żid 17 dBA għall-valur tal-pressjoni tal-ħoss.

Għal unitajiet imħaddma minn tagħmir li mhux ta’ l-

elettriku jew minn unitajiet miżmuma ġo magħlaq, ara
l-fuljetti u l-manwali mehmuża.

Advertising